“Bħal-lum hija ġurnata li bidlitli ħajti kompletament u l-ħajja tal-familja tiegħi.”
Hekk kiteb fuq Facebook, is-Surġent Simon Schembri li bħal-lum tliet snin kien fil-periklu li jitlef ħajtu wara li safa mtajjar waqt il-qadi tad-dmirijiet.
Fuq Facebook, is-Surġent Simon Schembri qal kif il-15 ta’ Mejju ta’ tliet snin ilu kienet ġurnatam li biddlet dak kollu li kellu pjanat għal futur tiegħu.
Huwa rringrazzja lil dawk kollha li salvawlu ħajtu u rringrazzja lill-ħbieb u l-qraba tiegħu għall-appoġġ li dejjem sab.