Stqarrija tal-Grupp Parlamentari Laburista dwar il-mozzjoni tad-Deputat Farrugia

Fi stqarrija maħruġa mill-Partit Laburista ntqal li l-Grupp Parlamentari Laburista ltaqa’ llum fejn iddiskuta wkoll il-mozzjoni li tressqet minn Deputat tal-Oppożizzjoni nhar l-Erbgħa li għadda.

Il-Grupp Parlamentari Laburista qal li d-diskussjoni fuq suġġett sensittiv bħall-abort issir mis-soċjetà b’mod matur u liberu, u mhux tinħonoq b’mozzjoni bhal din.

“Diskussjoni li ma tiġix monopolizzata mill-partiti politiċi fil-Parlament, u tkun mibnija fuq l-onestà u r-rispett lejn fehmiet differenti, bla sensazzjonaliżmu jew kundanni u kontra l-istigma”, qal il-Grupp Parlamentari Laburista.

Ġie rimarkat li l-Prim Ministru diġà kien esprima l-fehma ċara tiegħu dwar is-suġġett, jiġifieri kontra l-legalizzazjoni tal-abort madankollu xorta waħda jemmen li għandu jsegwi bir-reqqa dak li jkun qed jingħad fid-diskussjoni mis-soċjetà.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend