Raġel arrestat wara li allegatament hedded mara bil-mus

Kelliem għall-korp tal-Pulizija kkonferma li dalgħodu kien hemm każ ta’ vjolenza domestika li rriżulta f’kommossjoni fi Triq l-Imdina f’Ħaż-Żebbuġ.

Jirriżulta li raġel ġie arrestat mill-pulizija wara li allegatament hedded lis-sieħba tiegħu bil-mus.

Il-każ seħħ fid-disgħa u nofs dalgħodu u l-pulizija arrestat lir-raġel fil-by-pass ta’ Ħaż-Żebbuġ.

Il-mara ttieħdet f’ċentru tas-saħħa għall-kura u r-raġel ittieħed fl-għassa tal-pulizija tal-Mosta għal aktar stħarriġ.

Ritratt minn filmat tal-PBS 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend