Meta kien qed ikellem lit-tfal minn skejjel differenti li jiffurmaw parti mill-grupp ambjentali EkoSkola, il-Prim Ministru qal li Malta hija msellfa lilna u rridu flimkien nieħdu ħsieb lil pajjiżna.
Lill-mexxejja ta’ għada, Dr Abela saħaq li kulħadd jeħtieġ jinvolvi ruħu u jipparteċipa sabiex nieħdu ħsieb l-ambjent ta’ madwarna.
Il-Prim Ministru Robert Abela kien qed jieħu sehem b’mod virtwali f’wieħed mill-workshops ta’ EkoSkola organizzati mill-għaqda Nature Trust.
Il-Prim Ministru appella lit-tfal li kienu preżenti f’dan il-workshop biex jiddiskutu waqt din l-attività sabiex ikomplu jiddiskutu mhux biss mill-bankijiet tal-iskola imma anke fil-ħajja tagħhom, id-dar u anke ma’ ħbiebhom.
Dan biex huma jagħtu eżempju lil dawk ta’ madwarhom.
Saħaq li t-tfal jistgħu jkunu influwenti u jmexxuna ’l quddiem biex f’dak kollu li nagħmlu nżommu l-ambjent bħala prijorità.
Il-Prim Ministru qal kif l-ambjent huwa dejjem nett fuq tal-aġenda tal-Gvern u appella lil dawn it-tfal sabiex ikollhom irwol attiv, sabiex nieħdu ħsieb l-ambjent ta’ madwarna.