Is-sit internazzjonali Euronews semma l-gżira Għawdxija, fost l-isbaħ ħames gżejjer sbieħ fl-Ewropa, li wieħed għandu jżur dan is-sajf.
Il-Euronews semma kif madwar il-gżira tat-Tlett Għoljiet issib diversi postijiet b’arkitettura Barokka.
Is-sit internazzjonali jsemmi kif f’Għawdex issib ikel bnin, bħal ħobż, żejt taż-żebbuġa u inbejjed.
Intqal ukoll kif il-gżira Għawdxija hija popolari fost il-bugħaddasa, hekk kif hemm diversi għerien x’wieħed jiskopri.
Fost gżejjer oħra li semma dan is-sit internazzjonali hemm gżejjer fil-Kroazja, fl-Iskozja, fi Spanja u fi Franza.