Notifiki

Ta’ Busuttil b’attakk dwar il-fondi Ewropej

Il-Partit Popolari Ewropew, b’Simon Busuttil Segretarju Ġenerali tal-grupp fil-Parlament Ewropew qed jimbotta dibattitu kontra Malta u l-użu tal-fondi Ewropej billi juża l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Il-grupp ta’ Simon Busuttil, Roberta Metsola u David Casa jrid jiddiskuti kif il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia jista’ jwassal għall-użu ħażin ta’ fondi Ewropej.

Dan l-argument dwar dibattitu li jista’ jagħmel ħsara lill-pajjiżna mill-grupp li huwa msieħeb fih il-Partit Nazzjonalista pprova jinftiehem dwar x’rabta jista’ hemm bejn il-qtil ta’ Caruana Galizia u l-użu tal-fondi Ewropej.

Il-grupp tas-Soċjalisti fil-Parlament Ewropew ma laqax dan l-argument u qed isostni li dan ma jagħmilx sens.

Ta’ Busuttil qed jagħmlu dan lejliet li pajjiżna jirċievi fondi mill-fond ta’ rkupru ekonomiku li fost oħrajn jintużaw mill-Gvern Malti biex jiġu sostnuti l-familji, il-ħaddiema u n-negozji.

Fil-kumitat fi ħdan il-Parlament Ewropew fejn ta’ Simon Busuttil u sħabu jridu jiddiskutu lil Malta, għandu jiġi diskuss l-użu ta’ fondi Ewropej fir-Repubblika Ċeka, pajjiż fejn il-Gvern tiegħu għandu ħafna swaba’ ppuntati lejh dwar l-użu ħażin ta’ fondi Ewropej.

Iżda Malta mhux talli m’għandiex dellijiet fuq l-użu tal-fondi Ewropej, talli f’rapport tal-Kummissjoni Ewropea s-sena l-oħra, kien ġie nnutat li Malta qed tinvesti l-fondi b’rata aħjar mill-medja tal-Unjoni Ewropea kollha.

F’Lulju tas-sena l-oħra, il-Prim Ministru Malti Robert Abela kien kiseb l-akbar pakkett ta’ fondi Ewropej għal Malta waqt summit intensiv bejn il-mexxejja Ewropej.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend