BIL-FILMAT: Jason Azzopardi jerġa’ jibdielu fuq dak li kien irtira dwar Delia

Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi, li l-ġimgħa l-oħra kellu jammetti li ma qalx il-verità u b’hekk irtira l-allegazzjonijiet li kien għamel fil-konfront ta’ Adrian Delia issa reġa’ bdielu.

F’kummenti barra l-Parlament ma’ ONE News, Jason Azzopardi issa qal li ma gidibx meta mistoqsi jekk ammettiex li gideb fuq Adrian Delia.

Din id-dikjarazzjoni tissenjala aġir ta’ wieħed li issa reġa’ bdielu u li għadu jsostni dak li kien qal qabel.

Fl-isfond ta’ dan, l-esponent tal-establishment Nazzjonalista Manuel Delia kien kiteb li Jason Azzopardi seta’ qabel biss li jiddikjara li rtira l-allegazzjonijiet, għaliex inkitbu fil-preżent.

Fost l-allegazzjonijiet li l-ġimgħa l-oħra, Jason Azzopardi rtira hemm li Delia huwa fil-but tas-suspettat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, li ħa flus m’għand Yorgen Fenech biex jiġi mminat David Casa u li hemm mijiet ta’ messaġġi bejn Delia u Fenech.

Dawn l-allegazzjonijiet kienu qajmu taqbida oħra fil-Partit Nazzjonalista, b’Jason Azzopardi jsemmi l-‘blue heroes’ u jkun wieħed minn dawk li sfiduċja lil Adrian Delia bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista.

Minn hemm bdiet battalja ħarxa, fejn Jason Azzopardi kien fost l-ewlenin li imbotta lil Bernard Grech biex isir Kap, bi Grech issa spiċċa mirkub miż-żewġ fazzjonijiet li ħonquh u li ħallewh ma jiddeċidiex.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. L-alla tal-pulcinelli. Aktar ma jiftah halqu, aktar jitilqu Nazzjonalisti mill-partit u aktar jikber id-distakk bejn iz-zewg partiti.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend