Notifiki

It-Times tinnota l-indeċiżjoni ta’ Bernard Grech u kif il-PN ma jistax ikun fdat

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech spiċċa jaqlaha miż-żewġ fazzjonijiet fil-Partit Nazzjonalista, b’opinjonisti u anki l-midja tinnota d-dgħjufija ta’ Grech bħala Kap ta’ partit li qed jaspira li jmexxi l-pajjiż.

It-Times innutat l-indeċiżjoni ta’ Bernard Grech f’editorjal fil-ħarġa tal-Ħadd bit-titlu ‘When a party fails to inspire’.

Fil-fatt it-Times tgħid, “Grech continues to wade in a swamp of indecision.”

L-editorjal jgħid li l-istqarrija konġunta ta’ Adrian Delia u Jason Azzopardi, fejn tal-aħħar irtira allegazzjonijiet li kien għamel fuq Delia, kienet evidentament b’nofs verità li trattat l-elettorat bħala iblah.

It-Times qalet li ħadd ma jemmen li fil-Partit Nazzjonalista ma hemmx firda.

Dan qalitu fi sfond li Bernard Grech ħareġ mid-Dar Ċentrali jgħid li l-kwistjoni bejn Delia u Azzopardi hija solvuta.

“If the PN cannot be truthful about something as straightforward as a social media spat, how can it be trusted with far more important matters?”, saħqet it-Times, li rrimarkat għala l-Partit Nazzjonalista ma jistax ikun fdat u jitwemmen.

Innutat kif taħt Bernard Grech, il-Partit Nazzjonalista qed jibża’ jinbidel.

L-editur tas-Sunday Times saħaq li saħansitra, il-Partit Nazzjonalista mmexxi minn Bernard Grech ma jafx x’jixtieq ikun, b’kumment ċar kif seba’ xhur mindu laħaq Kap, il-partit jinsab bla direzzjoni.

Fil-fatt l-editorjal jgħid, “Yet, seven months into Grech’s leadership, the PN appears to be meandering without quite knowing what it wants to be.”

It-Times ittemm tfakkar li Bernard Grech dam mitt jum biex jagħżel ix-shadow cabinet tiegħu, li wkoll fuqu nqala’ inkwiet intern bejn id-deputati Nazzjonalisti.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Xi jrid ikun il-pn ma’ nafx ngħid, iżda x’ma’jridx ikun huwa faċli tinduna! Il-pn ma’jridx ikun partit ta ideat, ma jridx ikun partit ta mħabba, ma’jridx ikun partit ta bla mibgħeda, ma’jridx ikun partit tad-drittijiet ċivili, ma’ jridx ikun partit mingħajr għira u ħdura f’qalbu, u anki ma’jridx ikun partit li jnaddaf lilu nnifsu minn nies li ftit ftit fgawh!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend