Fi stqarrija l-Partit Laburista qal li fl-aħħar ġimgħat, laqa’ l-pubblikazzjoni tal-whitepaper dwar l-użu responsabbli tal-kannabis u tellaq proċess ta’ konsultazzjoni pubblika bħala stakeholder distint.
Tenna li wara li laqa’ numru ta’ sottomissjonijiet li saru u ġie abbozzat qafas għad-diskussjoni, l-Eżekuttiv Nazzjonali tal-Partit Laburista approva d-dokument anness bħala r-risposta għall-istess proċess ta’ konsultazzjoni.