Notifiki

Abela-Wadge tirriżenja minn kandidata tal-PN u tgħid li tħossha maqtugħa mill-partit

Tiffany Abela-Wadge ħabbret pubblikament li m’għadhiex kandidata mal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjoni ġenerali li jmiss.

Fuq il-profil tagħha fuq facebook Abela-Wadge qalet li hija rriżenjat milli tkun kandidata Nazzjonalista għar-raġuni sempliċi li tħossha maqtugħa mill-partit immexxi minn Bernard Grech.

“Ippruvajt nitkellem fuq temi marbuta man-nisa u s-saħħa, u għalquli ħalqi”, saħqet mart Alan Abela-Wadge.

Żewġha huwa magħruf bħala wieħed minn dawk favur il-fazzjoni ta’ Simon Busuttil u kien Kunsillier tal-Imsida.

“Ma nħossnix li nista’ nikkontribwixxi f’xi ħaġa li l-partit bħalissa jrid jimbotta ’l quddiem”, qalet Abela Wadge, li wara l-istħarriġ ippubblikat ilbieraħ fuq il-Maltatoday, sostniet li hi mhiex waħidha li tħoss li l-Partit Nazzjonalista m’għadux jirrappreżentaha.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Il-PN ghadu dak li dejjem kien. Partit konservattiv. Ghal hekk hemm bzonn li l-PN jibqa’ fl-Oppozizzjoni.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend