Notifiki

L-inqas lista ta’ stennija tal-FSWS mindu twaqqfet

Is-sena l-oħra, il-professjonisti tal-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali l-FSWS ħadmu total ta’ 20,020 każ u minkejja l-pandemija l-lista ta’ stennija fi tmiem is-sena kienet l-inqas mindu bdiet taħdem din il-Fondazzjoni.

Ħabbar dan il-Ministru għas-Solidarjetà Soċjali Michael Falzon fil-Parlament waqt tweġiba għal mistoqsija Parlamentari.

Huwa spjega li b’kollox hemm biss 738 każ fil-fażi ta’ stennija jew inkella 3.7% biss.

Dwar dan ONE News tkellem mal-Kap Eżekuttiv tal-FSWS Alfred Grixti.

Huwa qalilna, “Nieħu gost nirrapporta li meta wieħed jara l-figuri fuq medda ta’ snin għax dik hija t-trend, isib li qed inżidu s-servizzi, qed inżidu n-nies li qed jiġu jfittxu s-servizzi tagħna u n-nies li qed jiġu riferuti għas-servizzi tagħna, u l-listi ta’ stennija qed inaqqsuhom bil-mod il-mod, b’mod gradwali.”

Alfred Grixti spjega wkoll kif dan kollu qed isir fi sfond ta’ pandemija li affetwat il-ħidma tal-FSWS tul l-aħħar xhur.

Huwa sostna: “Aħna ċerti servizzi tagħna pereżempju il-home based theraputic services dak il-professjonisti tagħna jmorru fid-djar tan-nies. Ovvjament minħabba raġunjiet ta’ saħħa dan ma setax isir. Allura inti wara li għaddiet l-ewwel fażi u stajna nibdew nirrilaxxaw instab backlog ta’ każijiet li riedu jinħadmu.”

Tul l-2020, l-akbar numru ta’ każijiet li kellha l-FSWS kienet dawk ta’ servizz ta’ vjolenza domestika u protezzjoni tat-tfal.

Fil-fatt għal dawn is-servizzi, l-FSWS rċeviet elfejn tliet mija wieħed u għoxrin każ u elfejn mija u ħmistax-il każ rispettivament.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend