Notifiki

Destiny stupenda fl-ewwel prova f’Rotterdam liebsa roża jlellex

Destiny għadha kemm kellha l-ewwel prova fuq il-palk f’Ahoy Arena f’Rotterdam, fejn se jsir il-Eurovision Song Contest.

Liebsa roża tlellex flimkien ma’ erba’ żeffiena lebsin roża wkoll, Destiny impressjonat bil-vuċi stupenda tagħha.

Il-preżentazzjoni tal-kanzunetta “Je Me Casse” tinkludi ħafna kuluri vivaċi u l-kulur isfar fuq skrin fl-isfond jikkumplimenta ma’ dak kollu li qed jiġri fuq il-palk.

L-angoli li biha hija miġbuda l-kanzunetta juru iktar enerġija u intensità f’dak kollu li qed tagħmel Destiny, li kienet kunfidenti immens.

Il-preżentazzjoni tal-kanzunetta Maltija tinkludi wkoll spettaklu bin-nar hekk kif intużaw dawk magħrufa bħala ‘pyros’.

Wara l-ewwel prova tagħha, il-ġurnalisti li qed isegwu f’Rotterdam u anki dawk b’mod virtwali, b’mod ġenerali laqgħu l-preżentazzjoni tal-ambaxxatriċi Maltija.

Malta tinsab il-favorita netta li tirbaħ il-Eurovision Song Contest skont id-djar tal-imħatri.

Destiny se tkun qed tirrappreżenta lil Malta fl-ewwel semifinali tat-Tlieta 18 ta’ Mejju.

Kemm il-darba tagħmilha mal-ewwel għaxra, imbagħad tikkompetti fil-finali tas-Sibt 22 ta’ Mejju.

Filmat u ritratti: EBU

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend