Notifiki

Żagħżugħ ta’ 17-il sena jindarab gravi wara li waqa’ f’wied fl-Imġarr

Ġuvni ta’ 17-il sena minn Birkirkara ndarab gravi wara li waqa’ minn għoli f’wied fl-Imġarr.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-ħdax u nofs ta’ filgħodu f’Wied Binġemma, l-Imġarr.

Mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li għal xi raġuni l-vittma waqa’ minn xi għoli ġol-wied u sofra xi ġrieħi.

Fuq il-post ġew imsejħa l-membri tal-Protezzjoni Ċivili u kif ukoll tim mediku sabiex jassistu lir-raġel. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend