Il-kantanta Destiny ħalliet Malta għal Rotterdam, l-Olanda biex tirrappreżenta lil pajjiżna fil-Eurovision Song Contest.
Il-kantanta Maltija ħabbret dan permezz ta’ ritratt fuq Facebook.
L-ewwel impenn ta’ Destiny f’Rotterdam jibda għada bl-ewwel prova fuq il-palk ta’ Ahoy Arena.
Destiny li se tkanta l-kanzunetta Je Me Casse, se tkanta fl-ewwel semifinali, li se jsir nhar it-Tlieta 18 ta’ Mejju.
Il-finali se jkun qed isir is-Sibt ta’ wara, jiġifieri 22 ta’ Mejju.
Għal diversi ġimgħat, id-djar tal-imħatri semmew lil Malta favorita li tirbaħ din il-kompetizzjoni prestiġjuza.
Ilbieraħ sar magħruf li Malta rebħet il-vot tal-OGAE, l-għaqda tat-43 fan club uffiċjali tal-Eurovision madwar id-dinja.