AĠĠORNAT: Sewwieq ta’ mutur jindarab gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Ħaż-Żabbar

Żvediż ta’ 32 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku.

L-inċident seħħ fis-7:15 tas-Sibt filgħaxija fi Triq Villabate, Ħaż-Żabbar.

Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post u l-ewwel investigazzjonijiet juru li seħħet ħabta bejn mutur Yamaha, misjuq mill-Iżvediż li jgħix Wied il-Għajn, u Toyota Vitz, misjuqa minn raġel ta’ 38 sena li jgħix Ħaż-Żabbar.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku. Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.

Fuq il-post assistew ukoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend