Notifiki

Ma jfeġġ l-ebda każ pożittiv fid-djar tal-anzjani – il-Prof. Charmaine Gauci

F’ġimgħa ma feġġ l-ebda każ pożittiv fid-djar tal-anzjani.

Dan sostnietu s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci waqt l-aġġornament mediku ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa.

Dan sostnietu fl-isfond t’aktar rilaxx tal-miżuri, fosthom fid-djar tal-anzjani fejn issa n-nies jistgħu jżuru l-anzjani skont protokolli iżda inqas restrizzjonijiet.

Fost l-oħrajn ma hemmx perspex bejn l-anzjani u dawk li jżuruhom iżda ż-żamma tad-distanza soċjali baqgħet.

Ilbieraħ, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li mistenni iżjed rilaxx ta’ miżuri fid-djar tal-anzjani li dettalji dwarhom se jingħataw fil-jiem li ġejjin mill-Ministru għall-Anzjani Michael Farrugia.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend