Notifiki

Imfakkar Jum l-Ewropa fil-Belt

Fi Pjazza Tritoni, tpoġġew żewġ installazzjonijiet sabiex ifakkru Jum l-Ewropa, li se jkun iċċelebrat nhar il-Ħadd li ġej.

Waqt żjara li għamel fuq il-post, il-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Carmelo Abela qal kif it-tema ta’ din is-sena hija l-Unjoni Ewropea magħquda kontra l-Covid-19.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Servizzi Ewropej f’Malta, Mandy Falzon qalet kif bħala Unjoni Ewropea għandha l-valuri tal-għaqda u s-solidarjetà. Falzon qalet kif l-aġenzija Maltija hija l-punt ta’ riferiment ta’ informazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea.

Il-Ministru Carmelo Abela qal kif l-Unjoni Ewropea se tkun qed tniedi l-konferenza għall-Futur tal-Unjoni Ewropea, fejn fiha kulħadd jista’ jagħti l-opinjoni tiegħu dwar dan.

Huwa qal, “Din l-aġenzija Servizzi Ewropej f’Malta se tkun qed tiġbor, tikkordina dan il-proċess ta’ konsultazzjoni u għalhekk inħeġġeġ biex dawk kollha li jixtiequ jikkontribwixxu għall-futur tal-Ewropa u tal-Unjoni Ewropea jistgħu jagħmlu dan, hi x’inhi l-opinjoni tagħhom. Naħseb li kull opinjoni għadha tiġi evalwata, apprezzata għax fl-aħħar mill-aħħar tikkorċerna lilna, bħala ċittadini wkoll mhux biss Maltin u maċ-ċittadini Ewropew.”

Il-Kap tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta Elena Grech qalet kif il-Maltin huma fost l-aktar mill-Unjoni Ewropea li jħossuhom Ewropej.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend