Bernard Grech dgħajjef quddiem iż-żewġ fazzjonijiet tal-PN

“Bernard Grech ma kellu l-ebda rwol fil-kompromess li seħħ illum.”

Dan kien il-mod skjett ta’ kif Manuel Delia tal-establishment, immina lil Bernard Grech b’reazzjoni għall-eżitu tal-aħħar żviluppi xokkanti fi ħdan il-Partit Nazzjonalista.

Il-Ħamis filgħaxija, Bernard Grech kien kostrett iħassar laqgħa tal-eżekuttiv, b’Jason Azzopardi u Adrian Delia joħorġu stqarrija konġunta bejniethom.

Stqarrija fejn fiha fost oħrajn Jason Azzopardi kellu jammetti li ma qalx il-verità fuq Adrian Delia fosthom dwar il-mijiet ta’ messaġġi li qal li kellu mal-allegat mandant fil qtil ta’ Daphne Caruana Galizia Yorgen Fenech.

Allegazzjonijiet issa kkonfermati foloz u li wasslu sabiex tiskatta elezzjoni ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista u li minnha ġie elett Bernard Grech.

Din l-irtirata minn Jason Azzopardi ssenjalat rebħa għal dak li sa mill-ewwel jum li fih rifes f’Tal Pietà, qatt ma ntlaqa’ mill-establishment.

Rebħa li issa tikkonferma kif il-fazzjoni ta’ Delia wkoll rikbet lill-Kap u l-awtorità li jħaddan.

Kien propju dan is-sentiment ta’ Manuel Delia, wieħed mill-esponenti ewlenin tal-fazzjoni tal-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil.

F’artiklu ftit wara li seħħew l-iżviluppi minn tal-Pietà, f’kitba twila Manuel Delia bir-ragħwa f’ħalqu kompla jitfa’ l-pressjoni fuq il-Kap attwali Bernard Grech għal mod ta’ kif sieħbu Jason Azzopardi issa kellu jirtira l-pożizzjoni tiegħu.

Għal darba, tnejn, tlieta Manuel Delia faħħar bil-kbir lil Jason Azzopardi għal mod ta’ kif jaġixxi politikament b’kuntrast ma’ Adrian Delia hekk kif iddeskrivieh bħala mhux idonju għall-politika.

Tenna wkoll li Jason Azzopardi seta’ qabel biss għal dawk id-dikjarazzjonijiet imniżżla fl-istqarrija għaliex inkitbu fil-preżent.

Manuel Delia jgħid ukoll li d-deċiżjoni ta’ Bernard Grech li jmur għal-laqgħa tal-Eżekuttiv il-Ħamis filgħaxija kienet diżastruża.

Fil-fatt itenni li “Alex Perici Calascione’s diplomatic skills were wheeled in to find a formula that would allow the party to extricate itself from the commitment the party leader made on its behalf.”

Manuel Delia kritika wkoll lil Bernard Grech għal mod ta’ kif ħalla lil  Adrian Delia ma jammetti għal xejn u ma jieħu xejn lura mid-dikjarazzjonijiet tiegħu.

Min-naħa l-oħra, Manuel Delia jgħid li Jason Azzopardi il-Ħamis filgħaxija ħareġ mill-istamperija qisu bniedem innoċenti li ammetta li qal ereżijiet wara lejl ta’ tortura bħal dawk fi żmien l-inkwiżizzjoni.

Il-kitba ta’ Manuel Delia li ħafna jqisu li hemm il-moħħ ta’ Jason Azzopardi nnifsu warajha kompliet tgħid kif Bernard Grech lagħab il-kreddbiltà kollha tiegħu fuq il-mossa tal-Ħamis filgħaxija.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend