Notifiki

Permess l-iżvilupp mill-ġdid tal-lukanda grand hotel f’Tal-Virtu

Lukanda ġdida u żewġ blokok residenzjali ser ikunu qed jieħdu post il-lukanda mitluqa tal-Grand Hotel Verdala li kienet inbniet lura fl-elf disa’ mija u sebgħin fil-limiti tal-Virtu fir-Rabat.

Fi stqarrija l-Awtorità tal-Ippjanar qalet kif wara l-ħruġ tal-permess għall-iżvilupp is-sena l-oħra, issa l-bord tal-Awtorità tal-Ippjanar tat il-permess għat-twaqqigħ tal-lukanda abbandunata u l-iżvilupp mill-ġdid tas-sit.

Id-Direttorat għall-immaniġjar tal-iżvilupp tal-Awtorità għall-Ippjanar qalet kif il-proġett propost jissodisfa ħafna mir-rekwiżiti importanti tal-ippjanar.  Id-direttorat qal ukoll kif it-tnaqqis fl-għoli tal-bini u l-ippjanar tajjeb fl-iddisinjar tal-bini ser iwassal għal kontinwazzjoni aħjar mal-iżvilupp taż-żona urbana.

Il-proġett jinkludi fih il-bini ta’ tlett blokok separati, tnejn minnhom ser ikollhom total ta’ sitta u tmenin residenza u blokka oħra ser tkun lukanda.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend