Notifiki

NIŻVELAW: RCC jagħti l-pariri ‘by proxy’ qabel il-laqgħa tal-lejla

ONE News huwa infurmat li bħalissa għaddejja laqgħa bejn il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech, is-Segretarju Ġenerali Francis Zammit Dimech u dak li jmexxi l-uffiċċju tal-Kap, Ray Bezzina.

Bezzina qed ikun il-messaġġier ta’ Richard Cachia Caruana li qed jagħti l-pariri b’metodu magħruf bħala ‘by proxy’.

Id-diskussjoni fil-laqgħa ta’ bħalissa ddur mal-laqgħa urġenti tal-lejla tal-Eżekuttiv li Bernard Grech kien imġiegħel isejjaħ biex jitqaċċat Delia wara li dan akkuża lil Jason Azzopardi b’gideb u qerq.

Fuq il-mejda hemm żewġ għażliet; jew twiddiba u ċanfira ċara lil Delia jew deċiżjoni drastika li Delia ma jitħalliex ikun kandidat Nazzjonalista għall-elezzjoni li jmiss.

Is-sorsi tagħna qalulna li fil-fazzjoni ta’ Simon Busuttil, hemm żewġ fergħat, dik tal-moderati u tal-estremisti.

Tal-moderati, fosthom anki Lawrence Gonzi, qed jgħidu li l-Kap m’għandux ikompli jħalli lil Delia jiżbroffa u allura m’għandux jurta lill-eks Kap b’sanzjoni.

Min-naħa l-oħra l-moderati qed jisħqu li Delia għandu jitwaqqaf imur għal rasu u għalhekk dan għandu jiġi kkontrollat.

Min-naħa l-oħra, l-forza estremista tal-establishment imbuttata minn Jason Azzopardi nnifsu u anki Beppe Fenech Adami qed jgħidu lil Bernard Grech li jew hu jew Adrian Delia.

Huma qed jitfgħu l-pressjoni biex jitqaċċat Adrian Delia u biex wara li ftit tal-jiem ilu, Bernard Grech qal li Delia huwa kandidat, il-Kap jerġa’ lura minn kliemu u jiddikjara li Delia se jaffaċja lill-bord tad-dixxiplina tal-partit biex eventwalment Delia jiġi sanzjonat u ma jitħalliex ikun kandidat Nazzjonalista għall-elezzjoni li jmiss.

Is-sorsi tagħna fid-Dar Ċentrali qalu li wara l-forzi estrema ta’ Busuttil hemm il-maġġoranza tad-Deputati Nazzjonalisti fosthom David Thake u anki l-Ewro Parlamentari Roberta Metsola u David Casa.

Intant b’rabta mal-istorja li ppubblika ONE News aktar kmieni din il-ġurnata, il-Partit Nazzjonalista talab biex għal-lejla jsiru l-barikati tal-ħadid.

Tal-fazzjoni ta’ Simon Busuttil, li llum reġgħhu għandhom is-sigurtà tad-Dar Ċentrali fdata f’idejhom, qalu biex illejla jkunu taħt alert massimu barra l-istamperija.

Dan hekk kif ta’ Delia bdew jissejħu biex illejla jmorru jagħtu l-appoġġ liż-żiemel tagħhom barra d-Dar Ċentrali f’tal-Pietà.

 

 

Ta’ Delia llejla msejħa biex juru ‘show of force’ barra l-istamperija

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend