Notifiki

Is-Surġent tqanqal sesswalment iżjed xħin sejħitlu “Ser” – xhieda fil-Qorti

Is-Surġent tal-Pulizija Glenn Carabott iżjed tqanqal sesswalment xħin il-mara bdiet isejjaħlu “Ser”.

Dan intqal fil-Qorti fil-każ ta’ allegat stupru mis-Surġent tal-Pulizija fuq mara.

Carabott t’40 sena jinsab mixli li stupra mara meta mar biex jinvestiga każ ta’ serq f’darha fil-Qawra.

Is-Supretendent tal-Pulizija Graziella Muscat Buhagiar xehdet fuq dak li qalet l-allegat vittma.

Skont il-mara allegatament stuprata, sbieħ is-sbatax t’April, hija rrappurtat li nsterqet u meta mar Carabott huwa deher taħt l-influwenza tad-droga.

Huwa spiċċa jgħaddilha kumpliment fuq l-apparenza tagħha.

Il-mara staqsietu għalfejn ġie waħdu mingħajr esperti forensiċi u f’mument minnhom huwa qabdilha sidirha.

Skont ix-xhieda huwa qalilha li jagħmel films pornografiċi u li dawn jarawhom biss grupp ta’ persuni.

Intqal ukoll li l-allegat vittma tieħu d-droga u daħlu fil-kamra tas-sodda biex iġġib xi karti marbuta mal-oġġetti misruqa.

Hemmhekk innutat li s-Surġent tal-Pulizija għalaq il-bieb tal-kamra u hi mill-ewwel intebħet x’kien ġej.

Qalet li hija kienet ġiet abbużata fil-passat.

“Kienet taf li meta raġel jibda, ma jieqafx qabel jispiċċa”, qalet is-Supretendent tal-Pulizija fuq dak li qaltilha l-allegat vittma.

Intqal li l-mara wettqet sess orali fuq is-Surġent tal-Pulizija mhux għax kienet mhedda iżda għax riedet teħles.

Hawnhekk Carabott beda jiġbed filmat tal-att, liema filmat tressaq bħala evidenza fil-Qorti.

L-allegat vittma qalet lis-Surġent li hija kienet abbużata fil-passat u ddeskreviet lil dak mixli li stupraha bħala annimal li trattaha bħala oġġett.

Uffiċjali tal-pulizija oħra li kienu xogħol dak il-lejl qalu li Carabott ma daħħalx rapport fuq l-allegat serqa.

Fil-Qorti ntqal ukoll li d-dar tal-mara hija magħrufa mal-pulizija bħala post fejn isir abbuż mid-droga.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend