Notifiki

Ħarsa lejn il-fiduċja tal-Maltin fi żmien żewġ sfidi differenti

Skont analiżi li saret mis-sit The Journal.mt juri kif il-poplu Malti jinsab iżjed kunfidenti li s-sitwazzjoni se titjieb issa waqt pandemija globali, milli kienu l-Maltin fi żmien tal-kriżi finanzjarja tal-2008.

Fl-artiklu bl-isem ta’ ‘A tale of two surveys across two crises’ jiġi nnutat kif stħarriġ tal-Ewrobarometru fi Frar ta’ din is-sena juri kif il-Maltin huma l-iżjed fiduċjużi mill-membri stati tal-Unjoni Ewropea li l-ekonomija se tkun aħjar is-sena d-dieħla.

Intqal ukoll kif dan l-Ewrobarometru, f’nofs pandemija, kważi nofs il-Maltin qalu li l-pajjiż jinsab miexi fid-direzzjoni t-tajba.

Meta mqabbel mal-kriżi ekonomika tal-2009, fi studju tal-Ewrobarometru ta’ dak iż-żmien, kienu biss terz tal-Maltin li emmnu li pajjiżna kien sejjer fid-direzzjoni t-tajba.

Filwaqt li l-fiduċja fil-Gvern fiż-żewġ kriżijiet kienet ukoll tikkuntrasta. Dan hekk kif fl-2009, sitta u tletin fil-mija (36%) kellhom fiduċja fil-Gvern, filwaqt li fl-Ewrobarometru ta’ din is-sena, kważi nofs ta’ dawk li wieġbu għandhom fiduċja fil-Gvern waqt pandemija.

Fi stħarriġ ieħor, li sar f’nofs April, mill-Kummissjoni Ewropea bejn in-negozji u l-konsumaturi wera kif l-ottimiżmu tal-Maltin kien fl-ogħla livell li qatt ġie rreġistrat. F’April, in-negozji u x-xerrejja Maltin kien l-iżjed kunfidenti fost l-istati membri tal-Unjoni Ewropea.

Osservaturi ekonomiċi li tkellmu mas-sit The Journal.mt qalu kif il-gvern preżenti u l-gvern ta’ Lawrence Gonzi fi żmien ta’ kriżi aġġixxew b’mod differenti. Dan hekk kif fl-2008, pajjiżna kellu defiċit u dejn kbir u daħlu miżuri t’awsterità filwaqt li fi żmien Gvern Laburista ġie irreġistrat surplus wara l-ieħor li wassal li waqt pandemija, il-Gvern iwieżen lill-familji u n-negozji.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend