Notifiki

Delia jgħid li l-verità se titla’ f’wiċċ l-ilma sigħat qabel laqgħa taħraq fuqu

Sigħat qabel laqgħa urġenti tal-eżekuttiv, li se tiddiskuti x’passi għandhom jittieħdu fil-konfront tad-deputat Nazzjonalista Adrian Delia, l-eks Kap Nazzjonalista qal li hu jemmen li l-verità se titla’ f’wiċċ l-ilma.

Huwa rringrazzja lin-nies li ċemplulu u tawh kelma t’appoġġ.

Minkejja li mill-mezzi minn taħt qed jintbagħat messaġġ biex in-nies ta’ Delia jinġabru barra l-istamperija biex juru ‘show of force’ favur iż-żiemel tagħhom, Delia uża l-paġna tiegħu biex juri mod ieħor.

Quddiem rapporti li l-establishment Nazzjonalista ma jridux ikun kandidat Nazzjonalista fl-elezzjoni li jmiss, Delia qal li d-diskussjoni fil-laqgħa tal-eżekuttiv għandha tkun onesta fit-trankwillità tal-organi tal-partit.

Delia poġġa l-qattus quddiem u qal li min verament għandu l-ġid tal-partit għal qalbu se jagħmel l-għażliet għaqlin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend