Notifiki

Waqa’ minn fuq scaffolding waqt li kien qed jagħmel xi xogħol f’uffiċċju

Raġel ta’ 33 sena mill-Mellieħa weġġa’ gravi wara li waqa’ minn fuq scaffolding waqt li kien qed jagħmel xi xogħol f’uffiċċju.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1:00 ta’ waranofsinhar fi Triq il-Mitħna l-Ġdida.

Ir-raġel ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

Huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend