Notifiki

Tnedija tal-aħħar fażi finali tal-BOV MFA FIFA ePremier League nazzjonali tal-futbol

Il-Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija Silvio Schembri nieda l-fażi finali tal-ePremier League nazzjonali tal-football li qed jittella’ b’kollaborazzjoni bejn l-MFA, GMR u FIFA. Dan il-premier league diġitali qed jinvolvi lill-klabbs tal-football lokali u jagħti dimensjoni ġdida lill-eSports f’dan is-settur; liema league huwa stmat li se jkun segwit minn aktar minn 40,000 persuna.

Dan il-league nazzjonali jżewweġ id-dinja tal-football ma’ dak tal-eSports. Qed naraw clubs tal-futbol jinvestu fi players tal-logħba diġitali biex huma jkunu jistgħu jipparteċipaw f’dan l-ePremier League. Dan qed iwassal sabiex aktar żgħażagħ jieħdu b’serjetà l-eSports u jitħarrġu f’dan it-tip ta’ sport diġitali. Ġie aċċennat li dawk il-plejers li se jiġu l-ewwel u t-tieni f’dan il-kampjonat nazzjonali se jkollhom l-opportunità li jikkompetu ma’ players tal-FIFA eSports fuq livell internazzjonali li huwa stmat li jarawh il-miljuni li jfisser li dan it-turnew, it-talent ta’ pajjiżna f’dan il-qasam ikun taħt il-lenti.

Il-Ministru Schembri spjega li hemm ukoll potenzjal ieħor li bħala ministeru għarafna li għandna nżewqu ma’ dan is-settur diġitali. Dak tal-iżvilupp u l-potenzjal ta’ disinn u trademarks. Għalhekk bħalissa l-Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija, permezz tal-ħidma fi ħdan id-Dipartiment tal-Kummerċ, qiegħed iqajjem kuxjenza dwar l-importanza tal-protezzjoni tat-trademarks u tad-disinni permezz tal-Malta BOV MFA FIFA ePremier League permezz tal-kampanja Be Exclusive. Dan l-avveniment nazzjonali esklussiv tal-eSport organizzat mill-MFA huwa attività alternattiva, li tassisti aktar lill-Uffiċċju fil-promozzjoni tal-intellectual property. Li tkun parti mill-EA SPORTS. FIFA Global Series, hija vetrina kbira ta’ kif diversi IPs, inklużi trademarks u disinni, qed jiġu protetti u stabbiliti. Inizjattiva ta’ avveniment bħal din tista’ tgħin lin-nies jifhmu fejn it-trademarks u d-disinni rreġistrati jidħlu f’post f’ambjent kreattiv bħal dan.

Il-President tal-MFA Bjorn Vassallo qal li din il-kollaborazzjoni mal-Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija fejn jidħol l-eSports, hija essenzjali u tippermetti li jintlaħqu objettivi importanti tal-innovazzjoni teknoloġika, wieħed mill-aspetti fl-istrateġija li qed tmexxi ’l quddiem il-Malta Football Association.

Is-Sur Kersten Chircop min-naħa ta’ GMR Entertainment qal li jinsabu kuntenti b’din il-ħidma ta’ kollaborazzjoni għat-tieni edizzjoni tal-Malta BOV MFA FIFA ePremier League, kompetizzjoni li għolliet lill-industrija tal-isports lokali f’diversi aspetti speċjalment fejn jidħlu opportunitajiet ta’ plejers.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend