Notifiki

L-eks Pulizija li nstab ħati għall-mewt ta’ George Floyd jitlob biex jerġa’ jinstema’ l-każ

L-eks uffiċjal tal-Pulizija Derek Chauvin li kien instab ħati għall-mewt ta’ George Floyd talab biex jerġa’ jinstema’ l-każ. F’ittra li bagħtu l-avukati tiegħu ntqal li kemm il-ġurati kif ukoll il-Prosekuzzjoni ma mxewx b’mod ġust mal-akkużat, u rrifjutawlu d-dritt ta’ smigħ xieraq.

Fl-ittra jissemma’ wkoll kif il-każ kien wieħed preġudikat minħbabba l-prominenza li dejjem ingħata fil-midja, sa anke minn qabel is-smigħ.

Fil-fatt il-każ tal-mewt ta’ George Floyd wassal għal rabja kbira fl-Istati Uniti u xpruna dimostrazzjonijiet kontra r-razziżmu u l-vjolenza mill-Pulizija madwar id-dinja kollha.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend