Notifiki

Jinstabu ħafna armi fid-dar u l-karozza tal-Maksar

Fid-dar ta’ Robert Agius, wieħed mill-aħwa tal-Maksar instabu, armi rreġistrati, kif ukoll ammont ta’ flus kontanti.

Dan ħareġ, hekk kif illum fil-Qorti kompliet tinstema’ l-kumpilazzjoni kontra l-aħwa Adrian u Robert Agius, magħufa bħala tal-Maksar, Jamie Vella u George Degiorgio, li huma akkużati bil-qtil tal-Avukat Carmel Chircop u li uħud minnhom involuti fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Fil-Qorti ngħataw dettalji minn uffiċjali tal-Pulizija ta’ kif ġew arrestati l-aħwa Agius u Jamie Vella.

Ingħataw dettalji li ta l-affarijiet li nstabu fil-karozzi u d-djar tal-imputati.

Hawnhekk intqal li fost l-affarijiet tal-Robert Agius instabu, mobiles, SIM cards, starter packs, ammont kbir ta’ flus kontanti, kif ukoll revolver u munizjon, li kienu rreġistati fuq is-sieħba ta’ Robert Agius.

Uffiċjali oħra tal-Pulizija ddeskrivew x-xena kerha li kien hemm fuq il-post wara li seħħet l-isplużjoni tal-karozza bomba li qatlet lil Daphne Caruana Galizia.

L-Avukat William Cuschieri, li qed jidher għal George Degiorgio ilmenta li l-klijent tiegħu qed jitressaq il-Qorti fejn qed tkun ippreżentata l-istess evidenza li qed titressaq fil-kumpilazzjoni tal-evidenza fil-każ tal-qtil ta’ Caruana Galizia.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend