Notifiki

Il-Corinthia bl-ewwel lukanda fl-Amerka

Il-kumpanija Maltija Corinthia Hotels se tiftaħ lukanda fi New York fil-bidu tal-2023.

The Surrey hija binja li nkisbet minn Reuben Brothers is-sena l-oħra u issa se tkun proprjetà oħra fil-qasam tal-ospitalità ta’ Corinthia Hotels.

Din fil-fatt se tkun l-ewwel lukanda Corinthia fl-Istati Uniti.

The Surrey hija lukanda famuża li issa se tkun taħt il-kappa Maltija tal-Corinthia, li għandha bosta lukandi mhux f’Malta biss iżda anki fl-Ewropa, fl-Afrika u fil-Lvant Nofsani.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend