Notifiki

Ħaddiem jittieħed l-isptar wara li waqa’ fuqu xi ħadid waqt li kien qed jaħdem f’sit ta’ kostruzzjoni fil-Gżira

Żagħżugħ ta’ 24 sena mill-Moldova u li joqgħod il-Gżira, ittieħed l-isptar Mater Dei wara li waqa’ xi ħadid fuqu waqt li kien qed jaħdem f’sit ta’ kostruzzjoni.

L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9:15 ta’ dalgħodu, f’sit ta’ kostruzzjoni li jinsab fi Triq Nazju Ellul fil-Gżira.

Il-kundizzjoni taż-żagħżugħ għadha mhux magħrufa.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend