Notifiki

Bernard Grech imġiegħel isejjaħ laqgħa tal-Eżekuttiv wara l-kitba ta’ Adrian Delia

Il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech ġie mġiegħel isejjaħ laqgħa urġenti tal-Kumitat Eżekuttiv għal għada fis-sebgħa ta’ filgħaxija.

Sorsi fid-Dar Ċentrali żvelaw ma’ ONE News li l-Kap Nazzjonalista għandu ħafna pressjoni mill-esponenti tal-fazzjoni ta’ Simon Busuttil biex juża kull mezz u jqaċċat lil Adrian Delia darba għal dejjem.

Dan wara li dan kiteb kitba iebsa fil-konfront ta’ Jason Azzopardi u akkużah b’gideb u qerq.

Is-sorsi tagħna qalu li ta’ Busuttil qalu lil Bernard Grech, “Issa ċ-ċans!”, b’referenza biex Adrian Delia ma jitħalliex joħroġ għall-elezzjoni wara li anki fakkar lil Jason Azzopardi bi stejjer irrappurtati fuqu saħansitra minn ONE News, fosthom li ma kienx jiddikjara x’jaqla’ għall-fini ta’ ħlas ta’ taxxa.

Fost dawk li beda jagħmel il-pressjonijiet hemm Manuel Delia, esponent tal-establishment u li staqsa lil Grech jekk issa wara dan kollu, għandux problemi b’Adrian Delia bħala kandidat Nazzjonalista.

Bernard Grech ikkonferma wkoll li ssejħet laqgħa urġenti tal-eżekuttiv Nazzjonalista wara kitbiet fuq il-midja soċjali.

Fl-aħħar sigħat ġie irrappurtat li deputati Nazzjonalisti u kandidati Nazzjonalisti ngħataw struzzjonijiet biex fil-pubbliku jidhru magħquda.

Fi struzzjonijiet ippubblikati fuq is-sit lovinmalta ftit wara li Adrian Delia u Jason Azzopardi komplew jesponu l-ġlied fil-grupp parlamentari ta’ Bernard Grech, ingħad li aktar ma tersaq l-elezzjoni ġenerali, aktar jeħtieġ li l-Partit Nazzjonalista jidher li hu magħqud.

Aqra wkoll:

BIL-FILMAT: Delia jagħmilha ċara li mhux se jibqa’ sieket quddiem il-gideb

Delia jakkuża lil Azzopardi b’gideb u qerq u jisfidah biex ifittxu

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Mela lil Adrian Delia jistgħu jtajruh minn kap u jgħajjruh kemm iridu u lilhom ma jista jikkritikhom ħadd. Rule of law ala pn!!! Il-pn huwa t-tieni l-iktar organiżżazzjoni anti-demokratika li hawn f’Malta.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend