Notifiki

Tfal bl-awtiżmu u dawk nieqsa mid-dawl għandhom bżonnok

Nhar is-Sibt li ġej se tittella’ maratona ġbir ta’ fondi b’risq il-Malta Trust Foundation, li bil-fondi miġbura se jinxtraw apparat li bih tfal fuq l-ispettru tal-awtiżmu kif ukoll dawk nieqsa mid-dawl ikunu jistgħu jikkomunikaw jew ikomplu bl-istudji tagħhom.

Fis-snin li għaddew madwar 100 tifel u tifla gawdew minn dan l-apparat li nxtara apposta għalihom biex b’hekk qed jkomplu b’ħajjithom bħal kumplament tal-istudenti tamparhom.

Qalet, “Prattikament dak li ħa jiġri nhar is-Sibt li ġej illi jridu jinġabru kemm jista’ jkun fondi sabiex ikun jista’ jinxtara aktar minn dan l-apparat, u b’hekk tfal li s’issa għadhom qed jistennew illi jkollom dan l-apparat biex ikunu jistgħu jikkomunikaw jew ikunu jistgħu jistudjaw. Il-Malta Trust Foundation tkun tista’ tgħinhom billi ttihom dan l-apparat. Għalhekk bid-donazzjonijiet tagħhom in-nies litterlament jistgħu jbiddlu ħajjet tifel jew tifla li bħalissa qed jistenna dan l-apparat.”

Katina ta’ ħwienet lokali f’Malta, The Convenience Shop, ħarġu bi skemi sabiex jgħinu lill-Malta Trust Foundation fil-ġbir ta’ fondi.

Spjegat, “Il-grupp ta’ The Convenience Shop jgħin is-sena kollha, matul is-sena lil din il-fondazzjoni, però din id-darba għadna li ninvolvu aktar lill-impjegati u anke lill-klijenti. Min jiġi jixtri  minn kull ħanut tagħna qed jingħata ċ-ċans li jagħti donazzjoni minimu ta’ għoxrin ċenteżmu ta’ ewro, jiġifieri tkun imniżżla fl-irċevuta għar-records kemm għat-Trust Foundation kif ukoll għalina. Ukoll dawk li jkunu jixtru online fl-aħħar qabel jagħmlu c-check-out ukoll titlahom opportunità li jagħtu wkoll donazzjoni.”

Intant, l-appell huwa sabiex nhar is-Sibt li ġej il-poplu Malti għal darb’oħra juri l-ġenerożità tiegħu billi jagħti d-donazzjoni għall-Fondazzjoni li tgħin numru ta’ familji.

Il-maratona se tkun qed tixxandar b’mod dirett fuq l-istazzjon ONE.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend