Notifiki

Studju f’Ħal Mula biex jintlaħaq il-potenzjal tal-ispazji miftuħa

Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes ħabbar studju li sar b’kollaborazzjoni mal-Università ta’ Malta u l-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ.

Ir-riċerka saret fuq ir-residenti li jgħixu fl-akkomodazzjoni soċjali ta’ Ħal Mula, limiti ta’ Ħaż-Żebbuġ u ġie analizzat kif din il-komunità tuża l-ispazji miftuħa b’mod kollettiv.

Il-Ministru Galdes spjega kif din ir-riċerka ħa tkun qed tasal għal masterplan fejn jidħlu riġenerazzjonijiet futuri fil-blokok ta’ akkomodazzjoni soċjali, kif ukoll disinn li jippromovi aktar involviment mir-residenti fl-ispazji pubbliċi.

Huwa spjega kif studenti tal-arkitettura se jkollhom l-opportunità li jitkellmu mar-residenti ta’ din il-komunità sabiex ikunu jafu aktar dwar il-bżonnijiet u l-ħajja li jgħixu r-residenti.

Qal, “Flimkien mal-Università ta’ Malta kif ukoll bl-involviment tal-Kunsill Lokali, se nkunu qegħdin nagħtu deherha aħjar lil din iż-żona. Prattikament ukoll analiżi mhux biss xjentifika u anke għajnuna flimkien mar-residenti biex infasslu pjan konkret ta’ kif nistgħu nutilizzaw aħjar l-ispazji li hawn madwar iż-żona u anke ndaħħlu element ta’ ambjent aħjar f’qasam bħal dan li huwa tant importanti għal pajjiżna.”

Il-Kap tad-Dipartiment tal-Fakultà għall-Ambjent Mibni, Dr Kevin Gatt irringrazzja l-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali ta’ din l-opportunità unika għall-istudenti tal-fakultà.

Saħaq li l-pandemija wriet l-importanza li l-ambjent viċin id-djar tagħna jrid jassisti fil-ħajja ta’ kuljum waqt li wkoll iservi ta’ spazju għal rikreazzjoni.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend