Notifiki

Sena ħabs wara li ġabar il-flus għal-laħam u m’għaddihomx lill-kumpanija li kien jaħdem magħha

Donald Micallef ta’ 39 sena ġie kkundannat sena ħabs wara li fil-Qorti nstab ħati li ġabar eluf fi flus mingħand ħwienet tal-ikel u m’għaddihomx lill-kumpanija tal-laħam li kien jaħdem magħha.
Huwa kien akkużat li lura fl-2006 għamel qligħ ta’ iktar minn 2,000 lira Maltin minn fuq il-kumpanija Chef’s Choice.

Fil-Qorti, xehed id-direttur tal-kumpanija, Joseph Mizzi, li qal kif l-imputat kien tkeċċa mill-kumpanija wara li sabu eluf ta’ liri neqsin waqt ir-rikonċiljazzjoni tal-kontijiet.

Intqal kif Micallef kien qal li ħwienet tal-ikel fl-Imsida u l-Gżira ma kinux ħalsuh, iżda nstab li dan mhux minnu, hekk kif dawn ħallsuh.

Minkejja li Micallef wieġeb mhux ħati, Micallef ma meriex dak li qal id-direttur tal-kumpanija u l-akkużat ma kienx ikkontesta r-raġuni għala tkeċċa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *