Notifiki

Raġel jingħata l-ħelsien mill-arrest wara li allegatament inqabad bid-droga kokaina

Raġel ta’ 25 sena minn Ħ’Attard ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq diversi kundizzjonijiet wara li tressaq il-Qorti akkużat li nqabad bi 87 qartas ta’ sustanza suspettata kokaina.

Ir-raġel ġie arrestat fil-lejl bejn nhar il-Ħadd u t-Tnejn li għadda, meta l-Pulizija flimkien mal-Forzi Armati ta’ Malta, kienu qegħdin jagħmlu spezzjonijiet tat-traffiku fi Triq il-Wied tal-Imsida.

Hemhekk twaqqfet vettura tal-għamla Peugeot.

Huwa ġie arrestat hekk kif waqt tfittxija fil-vettura, taħt is-seat tax-xufier, instabu dawn il-qratas.

L-imputat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend