Mitt sena ilu, il-ħakkiem Ingliż kien ta’ Kostituzzjoni ġdida, li kienet se tinvolvi l-ewwel Gvern responsabbli mmexxi mill-Maltin.
Folla mdaqqsa kienet inġabret fi Pjazza San Ġorġ, quddiem il-Palazz tal-Gvernatur.
Dakinhar il-Gvernatur Plumer kien ta din il-Kostituzzjoni ġdida.
Din il-Kostituzzjoni waslet wara li l-irvellijiet tas-Sette Giugno tal-1919, hekk kif erba’ Maltin ħallsu b’ħajjithim.
F’dan iż-żmien f’pajjiżna kien jirrenja l-faqar, hekk kif bosta tilfu xogħolhom wara l-ewwel gwerra dinjija.
Il-Maltin kienu mxebgħin hekk kif riedu forma ta’ xi awtonomija tant li Dr Filippo Sceberras, mexxej tal-Maltin, laqqa’ dik magħrufa bħala l-Assemblea Nazzjonali.
Il-Kostituzzjoni tal-Armery-Milner waslet biex f’Novembru ta’ dik is-sena, pajjiżna kellu l-elezzjonijiet biex ifforma l-Parlament u kellu Gvern immexxi mill-Maltin.
L-ewwel elezzjoni ntrebħet mill-partit tal-Unione Politica Maltese mmexxi mill-Monsinjur Panzavecchia.
Prim Ministru kien inħatar Joseph Howard li kien kostrett jirriżenja sentejn wara biss wara diskors kontroversjali li kien għamel f’Ruma.