Notifiki

Mistieden tgħid tiegħek fuq il-moniteraġġ elettroniku ta’ persuni jiskontaw sentenza tal-Qorti

Il-Gvern, permezz tal-Ministru għall-Intern Byron Camilleri, nieda konsultazzjoni pubblika dwar l-introduzzjoni ta’ liġi ġdida li tipprovdi l-użu tal-moniteraġġ elettroniku f’pajjiżna.

Il-Ministru Camilleri spjega kif din il-leġislazzjoni dwar il-moniteraġġ elettroniku hi l-ewwel tax-xorta tagħha u qed ikun propost li dan il-moniteraġġ elettroniku jkun disponibbli f’sentenzi tal-Qrati bħala piena alternattiva f’każijiet ta’ reati meqjusa bħala żgħar.

Skont dak propost, il-monteraġġ elettroniku jkun ikkunsidrat f’pieni ta’ priġunerija effettiva ta’ mhux aktar minn sena, u jekk ir-reat imwettaq ma jkunx suġġett għal aktar minn piena massima ta’ sentejn ħabs.

Ġie spjegat li l-moniteraġġ elettroniku ma jkunx jgħodd f’każijiet relatati ma’ vjolenza domestika, vjolenza abbażi tal-ġeneru, f’każijiet ta’ nuqqas ta’ protezzjoni lit-tfal, f’obbligazzjonijiet ta’ manteniment, kif ukoll f’sitwazzjonijiet ta’ fejn ma nżammitx ordni ta’ Qorti jew kuntratt dwar aċċess għall-ulied.

Il-Ministru Byron Camilleri qal li b’moniteraġġ elettroniku wieħed pereżempju jista’ jibqa’ jaħdem jew jistudja.

Il-Ministru Camilleri spjega li din il-miżura se tkun ta’ benefiċċju kemm għall-persuni li żbaljaw u li jridu jtejbu ħajjithom, kif ukoll għall-vittmi tal-kriminalità li se jħossuhom aktar siguri minħabba l-fatt li l-agressuri jkunu qegħdin segwiti b’mod elettroniku.

Qal, “Din hija riforma li qegħdin nipproponu sabiex naraw li l-komunitajiet tagħna jkunu aktar siguri iżda fl-istess ħin li jkollna soċjetà aktar ġusta, inkluż ma’ min jiżbalja li fl-istess waqt li ssir ġustizzja mal-vittma, naraw li dak il-persuna jkollu ċ-ċans li jirrijabilita ruħu.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend