Notifiki

Mil-lum tista’ tirreġistra biex titlaqqam jekk għandek iktar minn 30 sena

Illum fetħet ir-reġistrazzjoni għal min għandu iktar minn 30 sena u jrid jieħu t-tilqima kontra l-Coronavirus.

Fuq Twitter, id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne fakkar li min jixtieq jirreġistra jista’ jagħmel dan fuq is-sit vaccin.gov.mt.

Min jidħol fuq is-sit biex jirreġistra, jiġi mitlub in-numru tal-karta tal-identità tiegħu, id-data tat-twelid u n-numru tal-mobile, biex l-ewwel jintbagħatlu messaġġ ta’ konferma li r-reġistrazzjoni saret u eventwalment jidħollu messaġġ bl-appuntament għal meta u fejn għandu jmur biex jitlaqqam.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend