Notifiki

L-inċidenti tat-traffiku jonqsu bi kważi 15%

Fi sfond anki ta’ proġetti ta’ infrastruttura li għenu fit-tmexxija tat-traffiku fit-toroq tagħna, fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena, l-inċidenti tat-traffiku fit-toroq ta’ pajjiżna naqsu bi kważi 15%.

Dan skont statistika ppubblikata mill-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika, l-NSO.

Bejn Jannar u Marzu ġew irrappurtati 2,864 inċident tat-traffiku u minnhom kien hemm inċident fatali wieħed li fih mietet mara li kienet miexja fit-triq.

Minn dawn l-inċidenti kien hemm 305 inċidenti li fihom weġġgħu n-nies.

Tnaqqis ta’ 0.3% fuq l-ewwel kwart tas-sena l-oħra.

81 persuna weġġgħu gravi.

Minn dawn 52 persuna kienu xufiera, 13-il persuna kienu passiġġiera u 16-il persuna kienu ċiklisti jew nies għaddejja fit-triq.

Aktar minn tliet kwarti ta’ dawk li weġġgħu gravi fl-inċidenti kienu rġiel.

Skont l-NSO ukoll, 60% minn dawk li weġġgħu gravi fl-inċidenti kienu jgħoddu bejn is-26 sena u d-59 sena.

Bejn Jannar u Marzu li għadda, l-akbar ammont ta’ inċidenti kienu jinvolvu karozzi u warajhom kien hemm involuti l-muturi.

L-aktar ġranet li fihom seħħew inċidenti kienu t-Tlieta u l-Erbgħa u l-biċċa l-kbira tal-inċidenti seħħew bejn id-disgħa ta’ filgħodu u eżatt qabel nofsinhar.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend