Notifiki

L-għajnuna għal min kellu jħassar it-tieġ ġiet estiża għal din is-sena kollha

Il-Gvern ħabbar l-estensjoni tal-għotja għal rifużjoni ta’ depożiti mħallsa għal tiġijiet u ċerimonji tal-unjoni ċivili għal din is-sena sħiħa.

Għal din l-iskema hemm allokazzjoni ta’ żewġ miljun ewro u din se tibqa’ fis-seħħ sakemm din l-allokazzjoni tiġi utilizzata kollha.

Kull koppja tista’ tgawdi sa elfejn ewro u tista’ tapplika darba biss fuq is-sit tal-Ministeru għall-Finanzi.

Din l-għajnuna kienet tħabbret f’Ġunju tas-sena l-oħra mill-Prim Ministru Robert Abela waqt il-preżentazzjoni tal-Pjan ta’ Riġenerazzjoni Ekonomika.

Fi stqarrija, il-Ministu għall-Finanzi Clyde Caruana qal li l-Gvern huwa konxju li kawża tar-restrizzjonijiet li ġew imposti minħabba l-pandemija, koppji li kellhom it-tieġ jew iċ-ċerimonja tal-unjoni ċivili tagħhom pjanati matul dawn ix-xhur kellhom jadattaw jew imexxu d-data u għalhekk setgħu tilfu xi depożiti li kienu ħallsu.

Għaldaqsant l-Gvern qed jestendi din l-għajnuna.

Il-Ministru Caruana qal li għall-ewwel darba, minn din l-għotja se jgawdu wkoll dawk il-koppji li żżewġu iżda ħassru l-festin tagħhom.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *