Jinħeles fl-istadju tal-appell li tajjar u qatel missier fit-telgħa tal-Għadira

Il-Qorti tal-Appell irrevokat sentenza li ngħatat f’Diċembru li għadda li fiha oriġinarjament, Jonathan Hili kien instab ħati li tajjar u qatel lil Andre Debattista quddiem bintu fit-telgħa tal-Għadira.

Fl-għoti tas-sentenza tagħha fl-istadju tal-Appell, l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera sostniet li l-akkużat ma kienx qed isuq b’mod eċċessiv u l-vittma qabad u f’daqqa qasam it-triq minkejja li iktar ’il fuq kien hemm zebra crossing.

Esperti tal-Qorti qalu li Hili kien qed isuq b’veloċità ta’ bejn il-57 u l-65 kilometru fis-siegħa, veloċità addattata għall-kundizzjoni u l-għamla tat-triq.

L-Imħallef innutat li kien hemm xi siġar ’il barra mil-linja l-bajda tat-triq li tagħti għall-Marfa.

Intqal li l-akkużat ipprova jevita lil vittma billi dawwar l-isteering u li kieku ma għamilx hekk anki kien jolqot lil bint il-vittma, li dakinhar tal-inċident kellha ħdax-il sena.

Għall-każ ta’ ħames snin ilu, il-Qorti ħelset lil Jonathan Hili minn kull akkuża.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend