Notifiki

In-numru ta’ infezzjonijiet ta’ Coronavirus fl-Indja qabeż l-għoxrin miljun każ

In-numru ta’ infezzjonijiet tal-COVID-19 fl-Indja, qabeż l-għoxrin miljun każ, anki jekk il-Gvern qed jgħid li r-rata ta’ infezzjonijiet bdiet tonqos.
Fil-fatt, il-Gvern Indjan qal li n-numru ta’ każijiet naqas mill-aħħar ta’ April, madanakollu esperti qed isostnu li hemm numru ta’ infezzjonijiet u mwiet li mhux qed jiġu rrappurtati.

Fil-kapitali Delhi, hemm nuqqas kbir ta’ ossiġnu fl-isptarijiet, li qed jikkrollaw bid-domanda ta’ nies li għandhom bżonn il-kura.

Malta tat sehemha f’dan ir-rigward, hekk kif ilbieraħ bagħtet għoxrin magna li jiġġeneraw l-ossiġnu bl-elettriku lill-Indja.

Din id-donazzjoni mistennija toffri soljev qawwi lill-isptar tas-Sagra Familja f’Dehli li huwa fost l-aktar milqut mill-pandemija.

Intant, tul il-jum tat-Tnejn, kien irreġistrat numru rekord ta’ mwiet fl-Indja, dak ta’ erba’ mija u tmienja u erbgħin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend