Fi stqarrija, il-Partit Laburista qal li l-Partit Nazzjonalista mhux kredibbli u ftit li xejn jista’ jitkellem dwar is-settur tal-enerġija.
Il-Partit Laburista qal kif meta l-Partit Nazzjonalista kien fil-Gvern kien ħalla s-settur b’teknoloġiji tal-imgħoddi u anke kien qal li ma kienx hemm bżonn investimenti ġodda.
Il-Partit Laburista nnota li l-Partit Nazzjonalista fil-Gvern kien għabba lill-Maltin bl-ogħla kontijiet.
F’din l-istqarrija, il-Partit Laburista fakkar kif kien Gvern Laburista li għalaq il-power stations antiki, lesta l-interconnector, raħħas il-kontijiet u neħħa l-heavy fuel oil.
Intqal kif Gvern Laburista jassigura sigurtà tal-provvista tal-enerġija u dan isir bi pjani konkreti, studjati u avvanzati.
Il-Partit Laburista nnota kif dan il-Gvern jibqa’ jassigura li l-kontijiet tad-dawl huma orħos minn ta’ pajjiżi oħra.