Notifiki

Il-PN mhux kredibbli meta jitkellem fuq l-enerġija – il-PL

Fi stqarrija, il-Partit Laburista qal li l-Partit Nazzjonalista mhux kredibbli u ftit li xejn jista’ jitkellem dwar is-settur tal-enerġija.

Il-Partit Laburista qal kif meta l-Partit Nazzjonalista kien fil-Gvern kien ħalla s-settur b’teknoloġiji tal-imgħoddi u anke kien qal li ma kienx hemm bżonn investimenti ġodda.

Il-Partit Laburista nnota li l-Partit Nazzjonalista fil-Gvern kien għabba lill-Maltin bl-ogħla kontijiet.

F’din l-istqarrija, il-Partit Laburista fakkar kif kien Gvern Laburista li għalaq il-power stations antiki, lesta l-interconnector, raħħas il-kontijiet u neħħa l-heavy fuel oil.

Intqal kif Gvern Laburista jassigura sigurtà tal-provvista tal-enerġija u dan isir bi pjani konkreti, studjati u avvanzati.

Il-Partit Laburista nnota kif dan il-Gvern jibqa’ jassigura li l-kontijiet tad-dawl huma orħos minn ta’ pajjiżi oħra.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Ara sewwa jghidu li lispizjar milli jkollu jtik.Mela nardu bil kallu warajh u li vota mill qalb ghall lgholi ta kontijiet tad dawl.Anqas kienu kapaci jhalsu l power station ta dellimara. Dawn hallew il heavy fuel oil.hsibt li insejnieh dan nardu l grieg.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend