Notifiki

Il-Ministru Caruana jisħaq li ma’ Brussell iddiskuta pjan ta’ vijabilità finanzjarja għall-Air Malta

Il-Ministru responsabbli mill-Air Malta qal li meta kien fi Brussell fl-aħħar jiem biex jiddiskuti l-pjan għall-Air Malta mal-Kummissjoni Ewropea, huwa semma l-vjiabilità finanzjarja tal-linja nazzjonali tal-ajru, li hija l-akbar għan ippreżentat fil-pjan.

Fil-ħin tal-mistoqsijiet fil-Parlament, il-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana qal li huwa kellu laqgħat mal-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Margrethe Vestager.

Spjega kif din il-ġimgħa, tim tekniku tal-Air Malta se jkollu diskussjonijiet ma’ tim tekniku tal-Kummissjoni Ewropea.

Qal li imbagħad huwa mistenni jerġa’ jmur Brussell għall-iktar taħdidiet biex jara t-triq ’il quddiem għall-Air Malta.

Qal, “Il-pjan li ssottometejna lill-Kummissjoni Ewropea huwa propju li jilħaq dan l-għan. L-għan illi finanzjarjament l-Airmalta mill-punt sa kull punt li ttir b’xi mod jew ieħor trid tilħaq il-vijabilità finanzjarja.”

Il-Ministru Caruana tkellem ukoll dwar is-sitwazzjoni tal-Air Malta f’kuntest ta’ pandemija li tat daqqa lis-settur tal-avjazzjoni.

Qal li dwar il-bdoti li spiċċaw minn mal-Air Malta huwa miftuħ għad-diskussjoni iżda wieħed irid iżomm f’moħħu li d-domanda għall-bdoti mhux se tiġi lura f’daqqa kif kienet qabel il-pandemija.

Minkejja dan, il-Ministru Clyde Caruana deher miftuħ għad-diskussjoni u spjega kif fil-jum tal-Erbgħa għandu laqgħat ma’ rappreżentanti ta’ dan il-grupp ta’ bdoti.

Qal, “Għaldaqstant id-domanda għall-piloti żgur u mhux forsi mhux se tkun l-istess bħal ma kienet qabel il-pandemija. Madanakollu lest li nikkunsidra kollox jekk min-naħa ta’ dawn il-piloti jkunu lesti wkoll li anki huma jpoġġu fuq il-mejda kif diġà għedtilhom wiċċ imb wiċċ u jikkunsidraw dak kollu illi hemm x’jiġi kkunsidrat sabiex naraw li jkun hemm a fair deal għaż-żewġ naħat.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend