Notifiki

Għoxrin mejta f’Mexico City wara li sfrondat struttura waqt li kienet għaddejja ferrovija

Minn tal-inqas għoxrin persuna nqatlu u għexieren oħra ndarbu fi traġedja b’ferrovija f’Mexico City.
Jidher li sfrondaw xi bingħajri waqt li kienet għaddejja ferrovija.

Diversi karreġġjati spiċċaw fl-art u farrku kompletament minn tal-inqas vettura li kienet għaddejja mit-triq traffikuża fejn sfrondat il-parti minn fejn kienet għaddejja l-ferrovija.

Filmati drammatiċi tal-inċident ixxukkjaw lil bosta, li wrew il-parti tal-pont li sfrondat waqt li kienet għaddejja l-ferrovija.

Xi residenti kienu rrappurtaw xquq fl-istruttura wara terremot li kien seħħ fl-elfejn u sbatax.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend