Notifiki

Ferm aktar min-nofs tal-popolazzjoni adulta f’Malta mlaqqma

Sat-Tnejn li għadda, 55% tal-adulti ħadu minn tal-inqas l-ewwel doża għall-vaċċin konta l-Covid-19, filwaqt li 25.4% jew ftit aktar minn kwart tal-adulti ħadu ż-żewġ dożi u jinsabu mlaqqma kompletament.

Dan intqal mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne waqt li kien qed iwieġeb għall-mistoqsijiet tal-ġurnalisti waqt konferenza tal-aħbarijiet.

Hawnhekk, id-Deputat Prim Ministru qal kif nofs dawk li għandhom ’il fuq minn erbgħin tlaqqmu b’min tal-inqas l-ewwel doża tal-vaċċin.

Dan ġimgħa u nofs mindu fetħet ir-reġistrazzjoni għat-tilqim ta’ dawk bejn l-40 u d-49 sena.

Chris Fearne spjega li 70% ta’ dawk li għandhom bejn 50 u 59 sena tlaqqmu u ħadu l-vaċċin ukoll 95% ta’ dawk li għandhom is-60 u d-69 sena.

Id-Deputat Prim Ministru qal kif mil-lum, dawk li għandhom ’il fuq minn 30 sena jistgħu jibdew jirreġistraw għat-tilqim kontra l-Covid-19.

Chris Fearne qal li l-programm ta’ vaċċinazzjoni ta’ pajjiżna jinsab għaddej tajjeb ħafna, waqt li saħaq li din il-ġimgħa se tibda tingħata t-tilqima tal-Johnson & Johnson.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *