Notifiki

Bill u Melinda Gates se jmorru għad-divorzju wara 27 sena ta’ żwieġ

Wara sebgħa u għoxrin sena ta’ żwieġ, Bill u Melinda Gates ħabbru li se jiddivorzjaw, fejn qalu li m’għadhomx jemmnu li jistgħu jikbru flimkien bħala koppja.Il-koppja kitbet fuq Twitter li wara ħafna ħsieb u wara li ppruvaw jaħdmu għar-relazzjoni tagħhom, iddeċidew li jtemmu ż-żwieġ.

Bill u Melinda ltaqgħu l-ewwel darba fis-snin tmenin meta Melinda bdiet taħdem fil-kumpanija ta’ Bill tal-Microsoft.

Il-koppja biljunarja għandhom tlett itfal, u flimkien imexxu l-Fondazzjoni Bill & Melinda Gates.

L-organizzazzjoni nefqet biljuni fil-ġlieda ta’ kawżi ġusti bħal ma huma mard infettiv u tilqim tat-tfal.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend