Notifiki

BIL-FILMAT: L-Ispeaker jgħid li t-Times għandha l-obbligu tirrapporta ż-żewġ naħat tal-istorja

L-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti Anġlu Farrugia talab lit-Times tippubblika d-dritt ta’ risposta li ħarġet is-sedja lbieraħ dwar artiklu li deher fil-ġurnal.

Fil-Parlament, Dr Farrugia għamilha ċara li ġurnal bħal mhu t-Times għandu l-obbligu li jirrapporta kull naħa tal-storja.

Spjega li fi stqarrija li ħareġ iċċara l-motivazzjonjiet tiegħu dwar vot waqt laqgħa tal-Kumitat tal-Istandards fil-Ħajja Pubblika.

Meta nnota li d-dritt ta’ risposta li bagħtet is-sedja ma ġiet ippubblikata mkien fit-Times, l-Ispeaker spjega wkoll li jekk hemm xi ħaġa li hu ma jagħmilx, hi li ‘jivvinta xi vot u jżidu mal-voti’, bħal ma kien ġara f’seduta partikolari f’Mejju tal-2010.

“Min għamel ir-rimarka, inzerta jaf din is-seduta sew”, temm jgħid Dr Farrugia.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Ghax it-Times gazzetta serja, retta u demokratika u temmen fil-liberta’ tal-espressjoni!!! U qatt ma jista’jgħid xejn fuqha….. hux veru?! Ħalluna ngħixu tat-Times!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *