Notifiki

Sentenza sospiża wara li darab pulizija waqt li qabbduh f’party f’Pembroke sbieħ il-Ħadd

Mathias Ravl ta’ 18-il sena ġie kundannat sentejn ħabs sospiżi għal sentejn wara li ammetta li l-Ħadd, għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ filgħodu f’Pembroke hedded, għajjar, ħebb u darab ħafif lil kuntistabbli tal-pulizija u naqas milli jobdi l-ordnijiet tal-pulizija.

Il-Franċiż kien fost 150 persuna li ġew imħarrka mill-Pulizija u mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu wara li inġabru fi gruppi f’Pembroke.

Dan wara li skont il-liġi bħalissa jistgħu jinġabru biss gruppi ta’ massimu ta’ 4 persuni fil-pubbliku u anke ġo djar.

Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Nadine Lia immultat ukoll lil Franċiż €6,000.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend