Notifiki

Minn Frar sa April ir-rata ta’ tilqim kważi ttripplat

Sal-aħħar ta’ April, 335,848 persuna f’pajjiżna tlaqqmu kontra l-COVID-19.

Dan hekk kif il-programm ta’ vaċinazzjoni f’pajjiżna beda fis-27 ta’ Diċembru li għadda.

F’Jannar ingħataw 27,759 tilqima, filwaqt li fi Frar it-tilqim żdied b’52,000 u għalhekk ingħataw 79,759 tilqima. It-tilqim li ingħata f’Marzu żdied bi ftit aktar mid-doppju mix-xahar ta’ qabel hekk kif ingħataw 197,383 tilqima. F’April imbagħad kien hemm żieda ta’ 138,465 biex sal-aħħar ta’ April tlaqqmu 335,848 persuna kontra l-COVID-19.

XAHARAMMONT TA’ TILQIMŻIEDA FIT-TILQIM
JANNAR27,759
FRAR79,759+52,000
MARZU197,383+117,624
APRIL335,848+138,465

L-ewwel dożi tal-vaċċin f’pajjiżna waslu l-għada tal-Milied li għadda, biex l-għada beda l-proċess tat-tilqim bil-vaċċin tal-Pfizer. L-ewwel persuni li tlaqqmu kienu dawk fuq quddiem tal-ġlieda kontra l-imxija u anzjani li jgħixu fid-djar tal-anzjani.

F’Jannar wasslet l-ewwel kunsinja tal-vaċċin tal-Moderna u fil-bidu ta’ Frar waslet tal-AstraZeneca, dan wara li ġew approvati mill-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini.

Ara wkoll:

Il-programm ta’ vaċċinazzjoni ta’ pajjiżna jkompli jiġi nnutat internazzjonalment

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend